Il-paġna Maltese Islands Weather xerrdet ritratt li juri s-sitwazzjoni taċ-ċpar f’Malta u Għawdex. Dan hekk kif intlaħqet it-temperatura li toħloq sħab mil-fwar li jkun hemm fl-arja.
“Bħalissa tul il-kosta tat-tramuntana u l-punent t’Għawdex: Dan huwa ċpar tal-baħar. Dan it-tip ta’ ċpar jiżviluppa meta massa ta’ arja umda’ u sħuna (it-temperatura ta’ l-arja llum hija ta’ 31°C) tiġi mbuttata fuq medda ta’ baħar frisk (it-temperatura tal-wiċċ tal-baħar illum hija ta’ 22°C). It-temperatura ta’ din il-massa ta’ arja tiffriska u tilħaq id-‘dew point’ tagħha.”
Ir-riħ, li huwa f’medja ta’ Forza 2, huwa parti mill-proċess ta’ dan iċ-ċpar. Meta jkun riħ ħafif, jiżdied iċ-ċans li l-arja tiffriska u tikkondensa. “L-umdità f’Għawdex qed tvarja bejn 70% u 85%. Dik f’Malta hija ta’ madwar 55%.”