"B'Dispjaċir Kbir Inħabbru T-Tmiem Ta' Vjaġġ Twil U Ta' Suċċess… Kien Ilu Biss 14-il Sena…" – Sid Tat-Taraġ Wine Bar B'Aħbar Li Ħafna Ma Xtaqux

Sid il-wine bar Tat-Taraġ, Rudolf Grima, xtaq jesprimi d-dispjaċir li l-vjaġġ ta’ dan il-ħanut maħbub u magħruf minn kulħadd, ser ikollu jieqaf. “B’dieqa kbira nħabbru t-tmiem ta’ vjaġġ twil u ta’ suċċess. Illum il-ġimgħa se tkun l-aħħar ġurnata li se jopera l-wine bar popolari tagħna magħruf magħkom bħala Tat-Tarag. Jien kburi ħafna li kont wieħed mill-ewwel wine bars f’Malta li sal-lum wieħed mill-aktar li għadhom popolari.” “Kien 14-il sena ilu li stabbiliment fit-Telgħa tas-Saqqajja kien għall-kera. Iddeċidejt minnufih li dan ikun post ideali għal wine bar u li l-post kien l-aħjar għal dan it-tip ta’ ħanut.”

Rudolf jirrakkonta l-ħsieb u l-passat ta’ dan il-wine bar li ħalla impatt kbir fuq il-pubbliku Malti u Għawdxi. “ L-għolja tas-Saqqajja ma tantx kienet għadha magħrufa. “… Kburi ngħid li Tat-Tarag baqa’ ħaj matul l-aħħar 14-il sena u nofs permezz ta’ xogħol iebes mhux biss tiegħi imma tal-ħafna li ħadmu hemm. Dejjem konna familja u l-klijenti tagħna apprezzaw dan u żaruna darba wara l-oħra.”

Hu jirringrazzja u juri l-apprezzament tiegħu lejn il-klijenti leali li kellu, lejn l-istaff kollu li qatt ifforma parti minn dan is-suċċess kif ukoll lil dawk kollha li kienu hemm mill-bidu nett biex Tat-Taraġ għamel dan is-suċċess. “Kien ta’ pjaċir kbir li servejt lill-klijenti tiegħi għal dawn l-aħħar 14-il sena li għalihom irrid nirringrazzjahom tal-lealtà kontinwa tagħhom. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas irrid nagħti GRAZZI mill-qalb lill-istaff leali tiegħi kollu kemm preċedenti kif ukoll preżenti imma b’mod partikolari Marceline Huskinson u Nikola Ilic. Nawguralhom futur sabiħ. Se nkun qed nispiċċa dan il-kapitlu f’ħajti kburi u nħares ‘il quddiem biex nibda kapitlu ġdid b’tama u entużjażmu. Grazzi lil kulħadd talli kontu hemm għalija fit-tajjeb u fil-ħażin.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI