Jekk int persuna li tħobb l-ordni u tara li liġijiet qed jiġu segwieta, din taf tgħodd għalik! Jekk mhux għalik anke forsi tħajjar lil xi ħadd! Il-Korp tal-Pulizija qed ifittex nies biex jibdew karriera mal-korp tal-pulizija u jingħaqdu f’missjoni! Għalkemm hi karriera waħda, hemm mijiet Ta’ opportunitajiet f’oqsma differenti!
Kif tistgħu taraw fil-filmat hemm xi ħaġa għal kulħadd u din il-frażi qed tintuża sabiex tingaċċa l-membri ġodda fil-Korp tal-Pulizija. Ħafna jgħidu li din trid tkun passjoni ġewwa fik però b’xelta daqshekk differenti, b’xogħol li jvarja skont is-sezzjoni taf tolqot lil diversi nies. Din hu vokazzjoni fejn wieħed ikollu ċ-ċans li jservi lil pajjiż.
Dawn huma s-sezzjoni li jintwerew fil-filmat:
- Pulizija Tad-Distrett
- Is-Sezzjoni ta’ Cyber Crime Unit
- Is-Sezzjoni Tal-Klieb
- Is-Sezzjoni Tal-Forensika
- Is-Sezzjoni Kontra D-Droga
- Is-Sezzjoni Tat-Traffiku
- Rapid Intervention Unit
- Special Intervention Unit
Facebook / The Malta Police Force