“Qatt ma tista’ tgħid x’hemm għaddej minn moħħ persuna sakemm tkun fiż-żarbun tagħhom.”
Hekk stqarr il-kantant lokali Owen Luellen f’poeżija kommoventi li kiteb bit-tir li jqajjem kuxjenza dwar is-saħħa mentali.
F’intervent virtwali, Luellen qara dawn il-versi li kiteb sabiex joffri kuraġġ lil dawk li għaddej minn xi xorta ta’ kriżi mentali, fejn fakkarhom li mhumiex waħedhom.
Huwa għamel dan waqt konferenza li seħħet ilbieraħ mis-servizz Crisis Resolution Malta.
Dan wara li proprju lbieraħ ġie rikonoxxut jum ta’ prevenzjoni għas-suwiċidju.
Jekk inti tinsab għaddej minn xi kriżi mentali, fittex l-għajnuna billi ċċempel fuq 9933 9966.