"B'Kelma Waħda Tista' Ssalva Ħajja!" – Owen Luellen B'Poeżija Ta' Kuraġġ Għal Dawk F'Kriżi Mentali

“Qatt ma tista’ tgħid x’hemm għaddej minn moħħ persuna sakemm tkun fiż-żarbun tagħhom.”

Hekk stqarr il-kantant lokali Owen Luellen f’poeżija kommoventi li kiteb bit-tir li jqajjem kuxjenza dwar is-saħħa mentali.

F’intervent virtwali, Luellen qara dawn il-versi li kiteb sabiex joffri kuraġġ lil dawk li għaddej minn xi xorta ta’ kriżi mentali, fejn fakkarhom li mhumiex waħedhom.

Huwa għamel dan waqt konferenza li seħħet ilbieraħ mis-servizz Crisis Resolution Malta.

Dan wara li proprju lbieraħ ġie rikonoxxut jum ta’ prevenzjoni għas-suwiċidju.





Jekk inti tinsab għaddej minn xi kriżi mentali, fittex l-għajnuna billi ċċempel fuq 9933 9966.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI