Fuq il-paġna tal-Facebook ‘Għaqda tal-Malti’ ġiet imħabbra l-mewt tas-Sur Mifsud Bonniċi. Hu kien it-Teżorier tal-Għaqda tal-Malti bejn l-2012 u l-2013.
Bonniċi kellu ukoll sehem importanti biex l-Għaqda terġa’ tqum duq saqajha u sabiex il-kumitati li ġew wara sabu statut, viżjoni u prattiċi tajbin fuq xiex jimxu.
“Ta’ dan kolllu u aktar, l-Għaqda tibqa’ tafhulek. F’isem il-kumitat kollu nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi lill-qraba u lill-familjari tiegġu. Grazzi, Maurice. Insellmulek,” huma ddedikawlu.
Aħna mit-tim tal-Gwida nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi lill-familjari kollha ukoll.
Facebook/Għaqda tal-Malti