“B’Niket Insellmu L-Memorja Ta’ Lino Cassar Li Mar Jiltaqa’ Mal-Mulej Li Tant Kien Iħobb.” – Ċentru Santa Marija, Ħaż-Żabbar.

Iċ-Ċentru Santa Marija, Ħaż-Żabbar sellem lil Lino Cassar li għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Lino kien membru attiv u dejjem lest biex jagħti daqqa t’id waqt il-quddiem. Żgur li t-telfa tiegħu ħa tinħass fil-komunità lokali.

Huma kitbu, “B’niket insellmu l-memorja ta’ Lino Cassar li llum mar jiltaqa’ mal-Mulej li tant kien iħobb. Kif jixhed ir-ritratt, lil Lino se nibqgħu niftakruh għal għajnuna tiegħu waqt il-quddiesa fil-kappella. Il-funeral se jsir nhar is-Sibt 15 ta’ Ottubru fit-8:30am fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja.”

Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, insellmu l-memorja għażiża tiegħu u ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja u ħbieb tiegħu f’dan iż-żmien ta’ niket għalihom. Nittamaw li jsibu l-faraġ li tassew għandhom bżonn.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI