B’Niket Titħabbar Il-Mewt Ta’ Carmen Deguara, Membru Attiv Fil-Każin San Gabriel

Sfortunatament, illum tħabbret il-mewt tal-għażiża Carmen Deguara. Carmen kienet membru attiv fil-każin San Gabriel ġewwa Ħal Balzan.

Fuq il-paġna tal-Facebook tal-Każin tal-Banda San Gabriel-Ħal Balzan A.D. 1920. ħabbru din l-aħbar b’niket. “Il-President u l-kumitat jixtieq jibgħat il-kondoljanzi lill-familja Deguara għat-telfa ta’ Carmen Deguara, membru attiv fil-każin San Gabriel. Grazzi Carmen. Strieħ fis-sliem,” huma kitbu.

Il-post kellha rispons kbir b’ħafna nies iddispjaċuti jagħtu l-kondoljanzi u jfakkru kemm kienet mara dħulija u ta’ qalb tajba.

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u ħbieb.





Facebook/Każin tal-Banda San Gabriel-Ħal Balzan A.D. 1920/Michael Deguara



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI