Il-paġna tal-fabbrika tan-nar St Andrew’s ta’ Ħal-Luqa, sellmet il-memorja ta’ Carmelo Schembri permezz ta’ messaġġ mill-qalb.
Fuq il-paġna kitbu, “B’niket u sogħba nħabbru l-mewt tal-għażiż Carmelo Schembri magħruf bħala ż-Żuż. Carmelo kien raġel maħbub minn kulħadd, dejjem bid-daħqa fuq wiċċu. L-aħħar tislima lil Carmelo ser tingħata nhar t-Tlieta 18 ta’ Novembru fit-2:00pm ġewwa l-Knisja Parrokjali ta’ Ħal-Luqa. Strieħ fis-sliem Carmelo.”
Bosta fil-kummenti wkoll esprimew kemm jiddispjaċihom għat-telfa ta’ Carmelo.
Noffru l-kondoljanzi tagħna lil din il-paġna. Kien verament raġel maħbub minn kulħadd u l-memorja tiegħu ma tintesa qatt. Inżommu fit-talb tagħna lil Carmelo, kif ukoll lill-familjari u ħbieb tiegħu f’dan iż-żmien diffiċli. Jistrieħ fis-sliem u l-paċi.
Facebook / St Andrew’s Band Fireworks Factory Luqa