Stefan Sultana, missier Greta, itella’ din l-aħbar kerha dwar il-mewt ta’ bintu.
“B’qalbna maqsuma nixtiequ ngħidulkom li l-prinċipessa tagħna Greta, marret għal ħajja aħjar. Se tibqa’ f’qalbna u magħna għal dejjem. Iċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja tagħha se ssir nhar it-Tnejn 29 ta’ Settembru Fis-Santwarju tal-Madonna Tal-Grazzja F’Ħaż-Żabbar fit-15:00. Nixtiequ li flok fjuri tingħata donazzjoni lid-Dar Tal-Providenza.”
Il-club ta’ Ħamrun Spartans FC Daikin School of Excellence jagħti l-kondoljanzi lil din il-familja.
“Il-club jixtieq jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-familja ta’ Sultana. B’qalb maqsuma għat-telfa tat-tifla ta’ Stefan Sultana. Qalbna tinqasam għal din it-telfa tant kiefra.Żommu magħna lill-ġenituri u familja tagħha fi ħsibijitkom u t-talb tagħkom f’dan iż-żmien tant iebes. Nittamaw li ssibu saħħa u faraġ fl-imħabba ta’ madwarkom u fl-għeżeż memorji tagħkom.”
Kondoljanzi mit-team ta’ Gwida.mt lill-familja u qraba f’dan iż-żmien ta’ tant niket.
Sors: Facebook / Ħamrun Spartans FC Daikin School of Excellence