“Bagħtuli 6 Familji Sabiex Inkanta Fl-Istess Ħin U Ovjament Ma Nistax U Jiddispjaċini Ħafna” – Kevin Borg

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-kantant Kevin Borg kiteb messaġġ ta’ gratitudni għal dawk kollha li xtaquh ikanta fil-funeral tal-għeżież tagħhom fejn qal ukoll li jiddispjaċih meta ma jkunx jista’ jaċċetta għax jinsortaw funerali fl-istess ħin.

Hu qal, “Nixtieq minn qalbi nirringrazzja lil dawk il-familji kollha li qed jibatuli sabiex inkanta fl-aħħar tislima lill-għeżież tagħhom nhar it-Tlieta li ġej. Tant inkun nixtieq li naqdi l-kulħadd għax inħossni tant onorat li tgħidu lili, li impossibli, speċjalment meta inkun diġa ser inkanta waqt Funeral fl-istess ħin. Bgħatuli 6 familji sabiex inkanta fl-istess ħin u ovjament ma nistax u jiddispjaċini ħafna, pero inħossni verament grat li bgħattuli u nixtieq noffri l-kondoljanzi minn qalbi lill-dawk kollha li kkuntattjawni.”







Ritratti:

Facebook/Kevin Borg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI