Wara l-aħbar tal-bieraħ li 65 immigrant ittestja pożittiv, ħafna ħaduha bħala xokk. Dan għaliex dan ħa jkun l-ikbar numru ta’ każijiet pożittivi li qatt instabu ġewwa pajjiżna. L-ikbar numru kien ta’ 52 fis-7 ta’ April.
Id-differenza hija waħda, dan in-numru huwa cluster jiġifieri grupp ta’ nies flimkien li jfisser li faċli ħafna aktar biex tikkontrollah! Ikkonferma dan it-tabib Frank Portelli li qal ma hemmx lok ta’ paniku minħabba li grupp hekk jista’ faċilment jiġi kkontrollat.
Minbarra l-cluster tal-immigranti, l-indikazzjonijiet dalgħodu huma li għandna nistennew figuri doppji tal-każijiet tal-Covid-19 f’pajjiżna. In-numri uffiċjali joħorġu fuq il-paġna ta’ Saħħa fin-12:30. Minħabba ż-żieda ta’ każijiet pożittivi fl-aħħar jiem, kif mistenni r-rata ta’ infezzjonijiet telgħat fuq il-wieħed ukoll.
Huwa importanti li fil-jiem li ġejjin kulħadd jibqa’ jsegwi l-pariri tad-dipartiment tas-saħħa u l-miżuri li qed jindikaw. Flimkien nistgħu nagħmlu differenza.