“Batejna Ħafna. Xejn Ma Baqa’ Normali U Faċli… Sena Ta’ Attakki Tal-Ansjetà” – Infermiera

Il-paġna ta’ Malta, News, Photos and People fuq Facebook ta’ spiss tagħti vuċi lill-frontliners tagħna billi ttella’ ritratti tagħhom u messaġġ li huma jkunu bgħatu lill-paġna. Waħda minnhom hija l-infermiera Matilda. 

“Kienet sena ta’ marki fuq il-wiċċ mill-maskri,” kitbet hi. “Sena li fiha bil-ħidma kontra l-Covid batejna ħafna. Xejn ma baqa’ normali u faċli. Anki biex tiekol u tixrob waqt ix-xogħol. Sena ta’ attakki tal-ansjetà.  Sena ta’ tħassib għall-familjari tagħna.  Dan m’għandux jintesa. Ħudu ħsieb saħħitkom.”





Fir-ritratt tagħha jidhru l-marki li jħalli l-ilbies protett fuq wiċċha. Ir-rispett kbir li jistħoqqilhom il-frontliners, speċjalment f’dawn iż-żminijiet, ma jimmaġinah ħadd. Kuraġġ.

Facebook/Malta, News, Photos and People



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI