Matul din il-ġimgħa, il-president emeritus Marie Louise Coleiro Preca ħabbret illi bdew il-preparamenti għat-twaqqigħ u l-bini ta’ Dar San Franġisk. Din ser tkun ir-raba’ dar mibnija minn Fondazzjoni Nazareth.
L-għan ta’ din il-fondazzjoni hu li tipprovdi dar sikura li toffri sapport u mħabba lil nies fil-komunità li m’għandhomx familja jew dawk li ma jistgħux jgħixu mal-qraba minħabba abbuż jew problemi oħra. S’issa t-tlett idjar mibnija minn Fondazzjoni Nazareth jospitaw 25 resident.
Żgur li l-bini tar-raba’ dar ser ikun ta’ għajnuna kbira għal aktar nies b’dan il-bżonn!
Proset kbira mill-ġdid lill-Presient Emeritus u lill-fondazzjoni tal-ġid kbir li jagħmlu.