“BDEJNA!… Ir-Raba’ Dar Tal-Fondazzjoni Nazareth.” – Il-President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca

Matul din il-ġimgħa, il-president emeritus Marie Louise Coleiro Preca ħabbret illi bdew il-preparamenti għat-twaqqigħ u l-bini ta’ Dar San Franġisk.  Din ser tkun ir-raba’ dar mibnija minn Fondazzjoni Nazareth.   

L-għan ta’ din il-fondazzjoni hu li tipprovdi dar sikura li toffri sapport u mħabba lil nies fil-komunità li m’għandhomx familja jew dawk li ma jistgħux jgħixu mal-qraba minħabba abbuż jew problemi oħra.  S’issa t-tlett idjar mibnija minn Fondazzjoni Nazareth jospitaw 25 resident. 





Żgur li l-bini tar-raba’ dar ser ikun ta’ għajnuna kbira għal aktar nies b’dan il-bżonn!

Proset kbira mill-ġdid lill-Presient Emeritus u lill-fondazzjoni tal-ġid kbir li jagħmlu.

 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI