“Bdejt Intella’ U Nniżżel Jekk Ma Mmurx” – Gianni Fuq Kellymni Dwar Opportunità Li Jiltaqa’ Ma’ Idolu Tiegħu

Gianni żgur li għandu storja li ħafna jistgħu jidentifikaw magħha. Matul is-snin għex ħajja mimlija esperjenzi sempliċi iżda sinifikanti, dejjem b’dik il-mentalità carefree li tifforma l-persuna li hu llum. Hu kien il-mistieden ta’ Melanie Kelly fuq Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida.



Matul il-podcast, Gianni jirrakkonta dwar żgħożitu u s-snin tal-iskola fejn, kif jgħid hu stess, li ma kienx fost l-aktar brillanti. B’umoriżmu u sinċerità, jaqsam ukoll il-ħolm differenti li kellu tul ħajtu, anke wieħed sempliċi bħax-xogħol ta’ kennies, kif ukoll l-esperjenzi tiegħu jaħdem ma’ studenti barranin li għenuh jifforma perspettiva differenti fuq il-ħajja.



Il-konversazzjoni tieħu direzzjoni aktar personali meta Gianni jitkellem dwar il-passjoni tiegħu għall-mużika. Hu jispjega kif il-kitarra u l-imħabba lejn il-band KISS kienu kruċjali biex jidħol fid-dinja mużikali u jsib triqtu. L-imħabba lejn l-ivvjaġġar naqset u jistqarr li anke vjaġġ biex jiltaqa’ ma’ membru tal-KISS spiċċa jaħsibha jmurx jew le.

F’din il-konversazzjoni sinċiera, Gianni jiftaħ qalbu dwar ħajja mibnija fuq sempliċità, esperjenzi u passjoni. Ingħaqdu magħna biex isegwu l-episodju li jmiss ta’ Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida bi preżentazzjoni ta’ Melanie Kelly.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI