"Bdejt Nisma' L-Pjanu Jdoqq Waħdu" – Stephanie Chircop Tirrakkonta Esperjenza Tal-Biża'

Waqt il-programm ta’ Xow ta’ din il-ġimgħa, il-personalità Maltija Stephanie Chircop, irrakkontat esperjenza tal-biża’ li għaddiet minnha meta kellha xi 10 snin. Semgħet it-telephone idoqq, u marret taqbdu. Qabel, hi kienet qed iddoqq il-pjanu, iżda meta marret biex tara min qed iċempel, dan il-pjanu beda jdoqq waħdu!

“ksaħt” qalet Stephanie, u m’għandiex tort! Hi qalet li umbagħad, ġriet sal-kċina, u ħarġet sikkina, u marret tistenna ‘l ommha fuq l-għatba tal-bieb ta’ barra. “Moħħok jiġri, le?” taha r-raġun il-preżentatur tal-programm, Ron Briffa, u iktar u iktar meta tkun għadek żgħira!

Int għandek xi esperjenza paranormali?

 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI