Il-koppja Chris u Noel Vella Galea tkellmu ma’ Times Of Malta dwar binhom Daniel u ċ-ċelebrazzjoni tal-ewwel tqarbina.
Meta adottawh Chris u Noel xtaqu li binhom jiġi mgħammed kif ukoll meta jasal iż-żmien jagħmel l-ewwel tqarbina, sagrament tant speċjali għat-tfal kollha. Jitkellmu anke dwar ir-relazzjoni mill-isbaħ li għandhom ma’ Daniel u li ma jonqsu xejn magħhom, irrelevanti li għandu żewġ missirijiet.

““Huwa kuntent jgħix f’darna u jidra l-idea li anke jekk niddixxiplinawh, pereżempju, din għadha d-dar tiegħu fejn hu sikur u mħares u li magħna jista’ jħossu komdu.” Ma’ Times Of Malta qalu wkoll li Daniel qatt ma esperjenza bullying jew xi kliem li seta’ weġġgħu.
Fuq il-programm Popolin Noel u Chris jitkellmu wkoll anke dwar il-mument meta adottaw lil Daniel. Mal-ewwel kien kburi u kuntent li hu binhom. “Beda jgħid lil kulħadd ‘Jien għandi two papas'” qal Chris. Daniel kien ferħan ħafna li sab lil dawn iż-żewġ missirijeit resposabbli u li jħobbuh b’imħabba kbira.
Minn qalbna nawguraw ħajja mimlija ferħ, saħħa u dak kollu li tixtieq qalbhom!