“Beda Miexi ‘il Fuq U ‘l Isfel Fit-Triq, U Lura Fl-istess Post… Bħallikieku Kien Qed Ifittex Lil Xi Ħadd” – Christa Cilia

Christa

Christa Cilia qasmet storja li tmiss il-qalb u mimlija tama, li matul il-festi tal-Għid wettqet att ta’ salvataġġ li juri kemm atti żgħar sbieħ jistgħu jagħmlu differenza kbira.

Kollox beda meta żewġha lemaħ kelb waħdu fit-triq filgħaxija.

L-għada filgħodu, Christa rat lill-istess kelb fl-istess żona – jitla’ u jinżel fit-triq u jerġa’ lura fl-istess post, bħal donnu kien qed ifittex lil xi ħadd.

Xena li faċilment taqsamlek qalbek, u li tqajjem dubji serji jekk l-annimal kienx abbandunat. Wara li ġie ċċekkjat, ma nstab l-ebda microchip, u l-kelb kien f’kundizzjoni ħażina u maħmuġ ħafna.

Mingħajr ma ħasbet darbtejn, Christa ddeċidiet li tieħdu magħha d-dar, fejn nadiftu u, fuq kollox, tagħtu post sigur fejn jista’ jistrieħ u jirkupra.

Christa temmet l-esperjenza tagħha b’messaġġ ta’ tama: dan il-kelb jistħoqqlu ħajja aħjar, u minn issa ’l quddiem se jkun qed jirċievi proprju dik il-kura u l-imħabba li dejjem kellu bżonn.

Għall-filmat ta’ Christa idħol HAWN







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI