Mhux qabża ta’ grad jew tnejn, iżda qabża ta’ għaxar gradi! Dik hi d-differenza fit-temperatura bejn llum u sena ilu. Tgħid dan jista’ jkun effett tal-Covid-19 u n-nuqqas ta’ tniġġis li kellna tul dawn l-aħħar xhur?
Dawk li l-għaxqa tagħhom ix-xemx taħraq u aktar ma jkun sħuna probabbli jippreferu t-temperatura tas-sajf li għadda iżda dawk li forsi s-sajf ma tantx hu ħabib tagħhom, it-temperatura ta’ din is-sena tinżel ferm aħjar magħhom.
Inti liem waħda tippreferi? Jien ikolli nistqarr li mmur għat-temperatura ta’ din is-sena. Sabiħ li toħroġ u ma tiġix ilma bis-sħana li tkun nieżla, sakemm ma tkunx qed tqatta’ xi ġurnata tgawdi l-baħar. U int?