It-traġedja tat-Titanic hi waħda li minkejja li seħħet eżattament 114-il sena ilu, madankollu, għadha tissemma sal-lum il-ġurnata.
F’din it-traġedja tilfu ħajjithom iżjed minn 1,500 ruħ hekk kif il-bastiment tat-Titanic inkalja ma’ silġa fi triqtu lejn New York, fl-Amerka.
L-inkjesta kienet sabet li l-ħtija ewlenija ta’ din it-traġedja ma kienet ta’ ħadd ħlief tal-Kaptan Edward Smith li f’dik il-lejla kien qiegħed ibaħħar il-bastiment tat-Titanic b’veloċità eċċessiva minkejja d-diversi twissijiet li nħarġulu sabiex joqgħod attent għaliex l-oċean tal-Atlantiku kien miżgħud bis-silġ.
Din it-traġedja ssoktat tiġbed l-attenzjoni tan-nies meta f’Diċembru tal-1997 kien inħareġ il-film ‘Titanic’ ta’ James Cameron li kiseb suċċess kbir u kiser għadd ta’ rekords.
Facebook / Studio Scene BTS