“Bħal Daż-Żmien Erba’ Snin Ilu Kont Qiegħed Fil-Proċess Li Nitla’ Londra Għal Trapjant Tal-Mudullun” – Puttinu Cares

Il-paġna ta’ Puttinu Cares taqsam fuq il-mezzi soċjali messaġġ mingħand Isaac Zahra, tfajjel li għandu storja ta’ ispirazzjoni kbira warajh.

Hu qal, “Jien jisimni Isaac Zahra. Għandi 25 u bħal daż-żmien erba’ snin ilu kont qiegħed fil-proċess li nitla’ Londra għal trapjant tal-mudullun. B’kollox domt ħames xhur hemm. Dan kien parti mit-trattament li kelli bżonn biex infieq mill-leukemia. Bil-grazzja t’Alla, irnexxa kollox, u rnexxieli nkompli bl-istudji tiegħi biex propja l-ġimgħa l-oħra gradwajt bħala Tabib. Dan kollu bis-saħħa ta’ Puttinu Cares u bis-saħħa tagħkom li tagħtu s-sapport lil din l-għaqda.”



Nifirħulu mill-qalb ta’ dak kollu li rnexxielu jagħmel permezz tad-determinazzjoni tiegħu, minkejja ż-żmien diffiċli li kellu jgħaddi minnu.





Ritratti:

Facebook / Puttinu Cares u Pexel Free

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI