Persważ li bosta min-nies li llum huma adulti kien għal qalbhom il-programm tant maħbub Spongebob Squarepants. Tista’ tgħid li Spongebob kien parti sostanzjali mit-tfulija ta’ ħafna min-nies. L-avventuri tiegħu fir-raħal ċkejken ta’ ‘Bikini Bottom’ u l-praspar li għamel flimkien mal-akbar ħabib tiegħu ‘Patrick Star’ ħallew timbru fuq it-tfulija ta’ bosta u taw kulur isbaħ lill-ġranet ta’ bosta min-nies.
Bħal-lum 25 sena ntwera l-ewwel episodju ta’ dan il-programm, li għadhom jinħarġu l-episodji tiegħu sal-lum il-ġurnata. Ħafna min-nies kitbu fuq il-midja soċjali fejn qalu li għalkemm dan huwa biss programm b’karattri fitizzji, kien ta’ spalla fi ġranet diffiċli u ta għajnuna lil bosta min-nies.