Eżattament bħal-lum 3 snin ilu, fid-29 ta’ Diċembru tal-2022, id-dinja tal-futbol bkiet it-telfa tal-plejer leġġendarju Pelé wara li tilef il-ġlieda tiegħu kontra l-kanċer fl-età ta’ 82 sena.
F’għajnejn ħafna Pelè huwa meqjus bħala l-aqwa plejer ta’ kull żmien. Hu kien anke ġie mlaqqam bħala r-Rè tal-futbol wara li meta kellu biss 17-il sena rnexxielu jirbaħ it-Tazza tad-Dinja.
Xi snin wara, fl-1962 u fl-1970, il-plejer Brażiljan kien reġa’ rebaħ l-istess unur għan-nom ta’ pajjiżu.
Apparti minn hekk l-istorja ta’ ħajtu kienet u għadha tispira lil ħafna hekk kif bis-saħħa tal-karriera tiegħu tal-futbol kien irnexxielu jerfa’ lilu nnifsu mill-faqar estrem li twieled u trabba fih hekk kif akkumula mijiet ta’ miljuni f’ġid.
Jistrieħ fis-sliem!
Facebook / RONB Sports u Wikipedia / Pelé