Bħal-Lum 4 Snin Dr Victor Calvagna Safa Vittma Ta’ Inċident Li Ftit Jiem Wara Temmlu Ħajtu

Proprju 4 snin ilu, fit-28 ta’ Diċembru tal-2021, Dr Victor Calvagna safa vittma ta’ inċident traġiku li ftit jiem wara temmlu ħajtu.

Dr Calvagna kien magħruf għall-qalb tad-deheb li kellu li kienet wasslitu sabiex madwar 23 sena ilu, eżattament fl-2002, flimkien ma’ Rennie Zerafa ta l-ħajja lil Puttinu Cares li sal-lum il-ġurnata għadha tgħin numru kbir ta’ pazjenti tal-kanċer.

Apparti minn hekk Dr Calvagna kien ukoll speċjalista tal-onkoloġija pedjatrika fejn xogħlu kien li jaħdem qalb it-tfal bil-kanċer u jgħinhom sabiex ifiequ.



Strieħ fis-sliem, Dr Calvagna!





Ritratti:

Facebook / Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI