Kien proprju 4 snin ilu, fl-14 ta’ Marzu tal-2022, meta ħalla din id-dinja l-attur u preżentatur tar-radju maħbub minn bosta Louis Fenech. Hu kien għad kellu biss 52 sena.
Minbarra li kien vuċi sinonima fost is-semmiegħa tal-istazzjon tar-radju Calypso, Louis kien ukoll magħruf mas-segwaċi tas-sensiela Dejjem Tiegħek Becky hekk kif snin ilu fiha hu kien għamel il-parti ta’ Gejtu.
Erba’ snin wara mewtu llum sellmu l-memorja tiegħu l-istazzjon tar-radju Calypso fejn fuq il-midja soċjali ddeskrivewh bħala “ħabib u kollega li t-tjubija tiegħu ħalliet marka fuq kull min kellu x-xorti li jsir jafu”.
Jistrieħ fis-sliem!
Facebook / Calypso Radio