Dr Victor Calvagna li kien konsulent fil-pedjatrija sfortunatament kien ħalla din id-dinja propju bħal-lum erba’ snin ilu, wara li kien iddaħħal l-isptar Mater Dei għall-kura.
Nhar it-Tlieta 28 ta’ Dicembru 2021 filgħaxija, it-Tabib Dr Victor Calvagna ta’ 63 sena mill-Mosta ddaħħal l-isptar f’qagħda kritika, wara li kien ittajjar minn karozza.
Puttinu Cares dejjem kellha kliem ta’ tifħir għalih u dejjem fissritu bħala bniedem umli u li dejjem ta ħajtu għat-tfal morda u għall-ġenituri li tant kien iħobb. Stqarrew li Dr Calvagna dejjem għallem lin-nies kif ikunu ta’ servizz għall-oħrajn mingħajr ma jippretendu xejn lura.
“Bħal-lum, 4 snin ilu tlifna eroj tal-mediċina. Konsulent umli li dejjem ittratta lill-pazjenti u lill-familji tagħhom b’dinjità kbira. Żgur li ma ninsewk qatt. Kompli ipproteġina,” kiteb it-tim ta’ Puttinu.
Insellmulek Dr Calvagna. Grazzi ta’ kollox. Għal dejjem f’qalbna.
Facebook/ Puttinu Cares