Bħal-Lum 42 Sena Ilu L-Papa Ġwanni Pawlu II Ltaqa’ Mar-Raġel Li Kien Ipprova Jtemmlu Ħajtu

Eżattament bħal-lum 42 sena ilu l-Papa Ġwanni Pawlu II wera lid-dinja bil-fatti xi tfisser li taħfer meta minn jeddu ħa l-inizjattiva li jmur il-ħabs sabiex iżur lil dak ir-raġel li sentejn u nofs qabel kien ipprova jtemmlu ħajtu bi sparatura.

Il-Papa Ġwanni Pawlu II kien għamel madwar 21 minuta jitħaddet ma’ dan ir-raġel fil-kantuniera taċ-ċella tiegħu stess fejn jingħad li ma kienx hemm gwardjani u r-raġel ma kienx immanetjat lanqas.



Matul din il-laqgħa l-Papa kien stqarr ma’ dan ir-raġel li hu kien ilu li ħafirlu. Fil-fatt jingħad li ftit minuti wara li seħħ l-attentat fuq ħajtu, filwaqt li kien qed jiġi eskortat lejn l-isptar, il-Papa Ġwanni Pawlu II kien dar lejn Isqof li kien qed jassistih u qallu li lil dak ir-raġel li sparalu kien diġà ħafirlu.



Sfortunatament, fit-2 t’April tal-2005, il-Papa Ġwanni Pawlu II kien ħalla din id-dinja bl-aħbar tal-mewt tiegħu kienet ħalliet lil biljuni minn madwar id-dinja ddispjaċuti.



Strieħ fis-sliem, Papa Ġwanni Pawlu II!

Ritratti:

Facebook / Vatican News u Facebook / The Returned Catholic

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI