George Pullicino ddedika kelmtejn emozzjonali għall-għażiża mibkiija oħtu Maria Ursula, li ħalliet din id-dinja fil-fjur ta’ ħajjitha, ta’ 12-il sena. Hu xtaq jesprimi li dejjem se tibqa’ f’qalbu, jgħaddi kemm jgħaddi żmien.
Kitbilha, “Bħal-lum 48 sena ilu mietet oħti Maria Ursula ta’ 12-il sena. F’dan ir-ritratt tidher fin-nofs. Kien hemm 15-il xahar bejnietna. Għandna anġlu fil-ġenna.”
Dan il-messaġġ flimkien mar-ritratt megħmuż, jirrifletti kif l-imħabba ta’ bejn dawn l-aħwa mhi se tmut qatt. M’għandniex dubju li qed tħares lejh mis-sema u tieħu ħsiebu.
Tistrieħ fis-sliem u l-paċi. Nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha.
Facebook / George Pullicino