Il-kunsilliera tal-Fgura Josianne Scicluna qasmet fuq il-mezzi soċjali tagħha tislima lill-għażiż missierha li ħalla din id-dinja sitt snin ilu.
Hi kitbitlu, “Bħal-lum 6 snin ilu ħallejtna, Pa. Strieħ fis-sliem. Iż-żmien jgħaddi, imma n-nuqqas tiegħek jibqa’ jinħass. Il-memorji sbieħ li għaddejna flimkien u l-imħabba li tajtna jibqgħu dejjem f’qalbi. Nibqa’ nġorrok f’qalbi kuljum. Qatt minsija.”
Flimkien ma’ dan il-messaġġ ippubblikat diversi ritratti li jġibu magħhom nostalġija għall-passat, ritratti tal-familja flimkien mal-għażiż missierha.
Dan il-messaġġ irċieva bosta kummenti mingħand persuni li b’xi mod jew ieħor, il-mibki missierha missilhom qalbhom.
Jistrieħ fis-sliem u l-paċi. Il-memorja tiegħu tibqa’ f’qalbna għal dejjem. Nagħtu wkoll il-kondoljanzi tagħna lill-familjari u ħbieb kollha.
Facebook / Josianne Scicluna