Bħal-Lum 70 Sena Ilu L-Mibki Monsinjur Victor Grech Kien Ġie Ordnat Saċerdot

Proprju bħal-lum 70 sena ilu, fis-17 ta’ Marzu tal-1956, il-mibki Monsinjur Victor Grech kien ġie ordnat bħala saċerdot u minnufih beda l-ħidma tiegħu kontra d-droga, l-faqar u l-inġustizzji soċjali.



Għal madwar 30 sena sħaħ serva bħala d-Direttur tal-Caritas u għen sabiex din l-għaqda filantropika tikber u tissaħħaħ sabiex b’hekk tkun f’qagħda aħjar biex tgħin bosta persuni li fost oħrajn kienu qed jgħixu fil-faqar jew kienu qed jiġġieldu xi vizzju.



Bħala rikonoxximent tal-ħidma siewja tiegħu, fl-2012 hu kien ukoll ingħata l-premju taċ-Ċittadin Ewropew.



Żgur li l-Monsinjur Victor Grech se jibqa’ magħruf f’pajjiżna għall-ġid li wettaq!

Ritratti:

Facebook / Caritas Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI