Proprju bħal-lum 9 snin ilu, fl-10 ta’ Jannar tal-2017, ħarġet l-aħbar ta’ niket li ħalla din id-dinja l-preżentatur, kantant u attur tant maħbub mill-Maltin Rennie Vella fl-età ta’ 56 sena.
Rennie kien sar wiċċ sinonimu fit-televixin Malti hekk kif għal snin twal ippreżenta għadd ta’ programmi televiżivi fuq diversi stazzjonijiet lokali.
Fost il-produzzjonijiet televiżivi li hu kien ħa sehem fihom hemm ‘Min Hu Bla Ħtija’ kif ukoll ‘Anġli’.
L-aħbar li ħalla din id-dinja kienet ħalliet lil ħafna maħsudin u ddispjaċuta b’bosta faħħru mhux biss it-talent, il-professjonalità u d-dedikazzjoni li dejjem wera f’ħidmietu iżda wkoll ir-rispett u l-irġulija li dejjem wera lejn dawk ta’ madwaru.
Strieħ fis-sliem, Rennie!
Facebook / Rennie Vella u Facebook / ESPRESSO