“Bħal-Lum Sena, Birżebbuġa Ġarbet It-Telfa Ta’ Persuna Li Ħalliet Marka Profonda Fl-Istorja…” – Il-Viċi Sindku Ta’ Birżebbuġa Josette Busuttil

Il-Viċi Sindku ta’ Birżebbuġa fuq il-mezzi soċjali tagħha kitbet, “Bħal-lum sena, Birżebbuġa ġarbet it-telfa ta’ persuna li ħalliet marka profonda fl-istorja tal-lokalità tagħna. L-ewwel Sindku ta’ Birżebbuġa, li mexxa b’viżjoni, b’dedikazzjoni u b’sens qawwi ta’ servizz komonitarju.”

Hi żżid, “Bħala Viċi Sindku, kelli l-unur naħdem qrib tiegħu u nitgħallem mill-eżempju tiegħu, eżempju ta’ tmexxija mibnija fuq rispett, impenn u mħabba lejn il-komunità. Illum, b’ġieħ u b’rispett, infakkru l-ewwwl anniversarju tal-mewt tiegħu fil-quddiesa tas-18:30.”

Hi ttemm tgħid, “Insellmulek, Rikky. Grazzi tal-ħidma tiegħek lejn Birżebbuġa u strieħ fil-paċi.”

F’isem it-tim ta’ Gwida, insellmu l-memorja tiegħu. Kompli strieħ fis-sliem!







Ritratti:

Facebook / Josette Busuttil

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI