Bħal-Lum Tiġi Ċċelebrata L-Festa Tal-Madonna Ta’ Loretu F’Diversi Rħula

Madonna Ta' Loretu

Illum, l-10 ta’ Diċembru, tiġi ċċelebrata l-festa tal-Madonna ta’ Loretu fil-Gudja, f’Għajnsielem u fil-Pietà.

Loreto hi belt fl-Italja, li magħrufa li kienet id-dar fejn għexet il-Madonna ġewwa Nazzaret. Id-devozzjoni lejn il-Madonna ta’ Loretu f’pajjiżna daħlet qabel l-1548. Xhieda ta’ dan huwa kwadru li jinsab fis-sagristija tal-knisja tal-Madonna ta’ Loretu fil-Gudja.



II-paġna The Art of GJ Cutajar Zahra tikteb, “10 ta’Diċembru; Illum niċċelebraw lill-Madonna ta’ Loreto, l-Omm li tmexxina b’dawl u kuraġġ. Tkompli ssaħħna fil-ħajja ta’ kuljum.”



Nawguraw il-festa t-tajba lid-devoti kollha tal-Madonna ta’ Loretu.



Ritratti:

Facebook/ Lelio Spiteri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI