"Bħal-Lum Xhar Ħa Nkunu Qomna Mill-Ġurnata Speċjali Tagħna Sieħbi" – Alana Bondin Lill-Għarus Tagħha

Alana u l-għarus tagħha Nicholas, bħal ħafna koppji oħra kellhom iressqu t-tieġ tagħha għal data ġdida. Kieku llum Alana ġa ilha miżżewġa erba’ xhur. Imma l-jum tagħha fil-qrib ukoll. Fadal inqas minn xahar biex tgħid il-famuża signor si u biex tfakkar dan illum tellgħat post fuq il-profil tagħha.



Alana kitbet, “Bħal-lum xahar ħa nkunu qomna mill-ġurnata speċjali tagħna sieħbi. 4 xhur ta’ stennija imma għalik nistenna ħajti kollha sabiħ.” Ejja minn hemm. Covid terġax itellagħli t-tempra.” Aħna minn qiegħ qalbna nawgurawlha li tgawdi dan il-jum flimkien mal-għarus tagħha, familjari u ħbieb. Ninsabu ċerti li ħa jkollha tieġ mill-aqwa u ħa tiddeverti fih żgur!



Awguri minn qalbna Nicholas u Alana.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI