F’dawn l-aħħar jiem, il-grupp Social Channel Malta flimkien ma’ xi ħbieb tal-qalb iddeċidew li jagħmlu ġabra għal omm Emily. Omm iċ-ċkejkna, ilha ma’ bintha għal dawn l-aħħar ġimgħat ġewwa Londra. Bħala ġest mill-qalb, omm Emily għal għeluq sninha għamlet ġabra għal Puttinu Cares, ġabra li marret tajjeb ferm.
Iżda ħbieb ta’ Vanessa, omm Emily, iddeċidew li jagħmlu ġabra għaliha sabiex itaffulha ftit mill-ispejjeż li għandha. Għalkemm l-omm qed tingħata l-għajnuna ta’ Puttinu Cares, kull tip ta’ għajnuna tgħodd. L-inqas inkwiet li jkollok bżonn taħseb fuqu, hu l-inkwiet finanzjarju u dawn il-ħbieb ingħaqdu flimkien sabiex jagħmlu sejħa għad-donazzjonijiet.
Jidher li fi żmien qasir laħqu s-somma li xtaqtu u ħa jkunu qed joħorġu d-dettalji aktar tard. Inizjattiva mill-isbaħ li żgur mhux forsi ħa tkun apprezzata ferm minn omm iċ-ċkejkna.
Facebook / Vanessa Gatt