L-artista lokali u maħbuba Ira Losco waslet fi tmiem it-tqala tagħha. Kmieni dalgħodu hi tellgħat ritratt fuq il-midja soċjali tagħha flimkien ma’ żewġha Sean. Minħabba l-pandemija preżenti, il-koppji li jkun ħa jkollhom tarbija qed jiġu mitluba li jagħmlu t-test biex jikkonfermaw li huma negattivi għall-coronavirus.
Ira bil-ħlewwa kollha tagħha kitbet, “Tista’ tgħid mill-geddum u l-wiċċ imfaqqa’ tiegħi li jien lesta biex nixtri. Bħalissa qed nistennew biex nagħmlu s-swab test tagħna. Għandna ppjanata C-Section għal nhar is-Sibt. Imbagħad ikollna t-tifla tagħna.”
Xorta waħda tibqaż gustuża Ira. Aħna f’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt nawgurawlkom għall-wild il-ġdid tagħkom fi ftit jiem. Nistgħu biss nimmaġinaw kemm intom ħerqana li tilqgħu fi ħdankom iċ-ċkejkna tagħkom. Awguri.
Facebook / Ira Losco