Illum jaħbat għeluq is-sentejn minn meta ħalliena Benny Casha, magħruf ukoll bħala ‘Benny tal-Bronk’.
Joseph Borg, fejn ħafna nies jafuh bħala Gorg tad-Doughnuts, sellem il-memorja ta’ Benny permezz tal-profil tiegħu. Benny u Joseph ħadmu bosta drabi flimkien, fosthom fis-serje televiżiva ‘L-Avukat Gawdenz Bilocca’, fejn Benny kellu l-parti tal-Warden, u apparti minn kollegi fuq it-televixin kienu wkoll ħbieb kbar.
Joseph kiteb “Illum huwa jum ikrah għax huwa l-jum fejn inti tlaqt, u iva biċċa minni telqet ukoll miegħek”.
Aħna ta’ Gwida.mt nsellmu l-memorja ta’ Benny Casha f’għeluq is-sentejn mill-mewt tiegħu.
Ritratti: Facebook / Joseph Borg