"Biex Ma Nweġġgħu L-Emozzjonijiet Ta' Ħadd Spiċċajna Niċċelebraw Il-Ħxuna" – Il-Psikoterapista Matthew Bartolo

Il-psikoterapista Matthew Bartolo esprima d-diżappunt tiegħu li matul dawn l-aħħar snin “il-ħxuna saret tiġi ċċelebrata” hekk kif fakkar li l-istudji kollha jindikaw li l-piż żejjed huwa ta’ detriment għal saħħet il-bniedem.

“Ma nistgħux inċapċpu lil xi ħadd li qiegħed jagħmel ħsara lilu nnifsu u nħeġġuh ikompli bl-istess attitudni,” saħaq il-psikoterapista.

F’dibattitu waqt Popolin il-psikoterapista tkellem ukoll dwar il-kummenti li jintqalu dwar persuni b’piż żejjed fejn sostna li minkejja li fil-fehma tiegħu ħadd m’għandu dritt jikkumenta fuq id-dehra ta’ ħadd, jifhem li dik hija r-realtà.

“Jekk hemm persuni li jaffetwaw irwieħhom ħafna b’dak li jgħidu fuqhom ħaddieħor, mela allura ninkoraġixxi lil dak li jkun sabiex jaħdem fuqu nnifsu ħalli l-fehma ta’ ħaddieħor ma tibqax taffetwah,” kompla jsostni l-psikoterapista.





Intom x’taħsbu dwar dan?

Facebook / Popolin u Pexels



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI