“Biex Ngħidu Kollox, Ma Nistgħux Inlaħħqu Mal-Imħabba Kollha Li Għandu Eee” – Ritratt Ħelu Ta’ Ryan U Josmar Flimkien Ma’ Rocco

Sibtek Rocco

Kulħadd jaf b’Rocco u żgur li n-nies ikunu qed jistennewh kull nhar ta’ Sibt waqt il-programm segwit Sibtek. Ryan u Josmar kitbu kelmtejn ħelwin dwar Rocco waqt li qasmu ritratt mill-isbaħ qabel beda l-programm.

“Bonġu, dar-ritratt ħadnieh eżatt qabel beda Sibtek tal-bieraħ. Ma nistgħux inlaħqu mas-suf li qed iwaqqa’ Rocco bħalissa, u biex tgħaxxaqha, aħna nilbsu ħafna l-iswed ukoll… imma biex ngħidu kollox, ma nistgħux inlaħqu mal-imħabba kollha li għandu eee”

U żgur! Xi ħlew fih! Lil Rocco kulħadd jiggustah, u bla dubju jlissen tbissima fuq fomm it-telespettaturi kull meta jidher.







Ritratti:

Facebook/ Sibtek

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI