Ilbieraħ għall-festa ta’ Santa Marija ħafna kienu li ddevertu kif setgħu. Madanakollu f’pajjiżna kompla jiżdied l-ammont ta’ żibel barra u ħmieġ kull fejn tħares. Dan ifisser iżjed xogħol u battikati għal bosta ħaddiema.
Clean Malta fuq il-paġna uffiċjali xerrdu xi ritratti tax-xogħol iebes li kien qed isir ilbieraħ u li għadu għaddej illum. Għal dawn il-ħaddiema ma tantx hemm vaganzi. It-tim jikteb, “L-Għada tal-festa.. biex wieħed jinnota li l-ħaddiema tad-diviżjoni il-bieraħ ma kinux festa.. il-ħidma trid tkompli.. il-kooperazjoni ta’ xi uħud hemm barra mhux dejjem tidher li qed isir…”
Grazzi u prosit lil dawn il-ħaddiema beżlin u dedikati!