"Bil-Ferħ U D-Dmugħ F'Għajnejja… Ma Stajtx Nieqaf Naħseb F'Kemm Jiena Xxurtjata Li Għandi Lilek Bħala Binti" – Jolene

Illum kienet il-ġurnata speċjali għal bint Jolene, hekk kif iċċelebrat is-sagrament tal-Ewwel Tqarbina. Għal din l-okkażjoni Jolene ħalliet messaġġ mill-isbaħ lil bintha fejn esprimiet kemm hi kburija li dik it-tifla ċkejkna, ċkejkna qed tikber tant li waslet sa dan il-pass kbir f’ħajjitha!

“Minn tarbija żgħira żgħira għal tifla ċkejkna f’jum l-Ewwel Tqarbina tagħha. Waqt li kburija poġġejt ħdejk, bil-ferħ u d-dmugħ f’għajnejja waqt li ngawdi kull sekond mill-ġurnata miegħek, ma stajtx nieqaf naħseb f’kemm jiena xxurtjata li għandi lilek bħala binti”, tikteb Jolene. 

Tgħidilha kemm tħobbha u kemm hi lesta li tkun hemm għaliha dejjem. Jolene qassmet anke ritratt mill-isbaħ ma’ bintha tal-okkażjoni. Awguri mill-qalb!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI