Bil-Filmat: “Ħa Nibqgħu Sejrin Hekk? Tertaqtulna Qalbna… Ma Nifilħux Aktar” – Maniġer Ta’ Bar

Ftit tal-ħin ilu tħabbar li minn nhar il-Ħamis 29 ta’ Ottubru sal-1 ta’ Diċembru, il-bars kollha f’Malta se jkollhom jagħlqu. Fuq il-midja soċjali, maniġer ta’ bar għamlet filmat live fejn esprimiet ir-rabja li għandha għal din ir-restrizzjoni ħarxa.

“Sur Gvern,” bdiet hi, “L-ewwel ġieltna nagħmlu l-ispejjeż kollha, qegħdin niġu fil-ħwienet biex lanqas niġbru l-kera, ġieltna nagħmlu s-sanitisers, ġieltna nagħmlu l-plastik, ġieltna nilbsu l-visors, f’għaxart ijiem tbiegħ 10 kaxxi birra biss – u issa ddeċidejt li ħa tagħlaqna.”

“Il-birra li għandna fil-fridges se nerġgħu narmuha? Se nerġgħu narmu x-xogħol? Il-gyms se jingħalqu? Ir-restaurants se jingħalqu wkoll?” staqsiet hi.





“Aħna li qegħdin nagħmlu l-affarijiet sew se ġġielna nagħlqu?” Bdiet tirreferi għal maniġers tal-bars kollha li jimxu mal-miżuri kif suppost. “Ħa nibqgħu sejrin hekk? Tertaqtulna qalbna… Aħna ma nifilħux aktar.”

X’taħseb dwar dak li qed tgħid Rita? Int taqbel magħha jew għandna nagħlquhom il-bars?



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI