Bil-Filmat: Ċajtira, Determinata U Mimlija Talenti… Iżda S-Sena L-Oħra Kellha Tgħaddi Minn Żmien Diffiċli

Jekk kontu taraw d-drama Santa Monika, mela żgur ilmaħtu lil Roberta! Tfajla Ċajtiera, perfezzjonista, kittieba u persuna mimlija talenti Roberta għal xi żmien kienet tagħmel l-intervisti tar-rivista GWIDA u tgħin lil Frederick Zammit meta kien editur ta’ rivista GWIDA. Għamlet il-fuq minn mitt intervista lill-personalitajiet varji. Meta konna intervistajna lil Mark ta’ Xarabank, kien qalilna li l-intervista li għamlitlu Roberta kienet l-aktar waħda li għoġbitu! It-tim ta’ Xarabank ħejjew dan il-filmat ħelu dwarha. 





Minkejja d-diżabilità, Roberta qatt ma qatgħet qalbha. Is-sena l-oħra, Roberta tieqaf tikteb u tagħmel l-intervisti għax għaddiet minn żmien iebes ħafna. Tagħmel xahar u nofs l-ITU minħabba infezzjoni fis-sider. Dak iż-żmien ukoll jkollha taqta’ xagħrha li għaliha fissret ħafna. 

Roberta grazzi talli dejjem tgħin lil ħaddieħor u tagħmel ħafna ġid! Tagħlaq il-filmat billi tirringrazzja lil kull minn għinha, “Mingħajr l-imħabba, s-sapport u r-rispett tagħkom ma kontx nasal s’hawn” – Roberta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI