Bil-Filmat: "Altruistic Surrogacy – Ta' Min Ikollna Diskussjoni Sana" – Claudette Abela Baldacchino Fuq Il-Programm Nafek!

Il-paġna tal-programm Nafek taqsam filmat tal-eks MEP Claudette Abela Baldacchino titkellem dwar dak li sar tul dawn l-aħħar snin. Huma jiktbu, “Fl-2014, in-Nisa Laburisti resqu proposti importanti dwar IVF u altruistic surrogacy, li kienu passi kurraġġużi biex jgħinu aktar familji jsiru realtà. Illum, qed naraw il-ferħ fuq wiċċ il-familji li gawdew minn dawn il-bidliet grazzi għall-ġustizzja soċjali li dejjem mexa magħha dan il-Gvern.”

Huma jżidu, “Claudette tirrakkonta l-emozzjoni li tħossha meta dawn il-familji jaqsmu l-istejjer tagħhom – stejjer ta’ tama, sagrifiċċju u mħabba. Iżda issa, bħala pajjiż, aħna lesti li niddiskutu surrogacy? Claudette temmen li wasal iz-zmien biex niftħu diskussjoni serja u matura. Nixtiequ nisimgħu fehmietkom!”

Altruistic Surrogacy hija meta mara ġġorr u twelled tarbija għal persuna oħra jew koppja mingħajr ma tirċievi kumpens finanzjarju ħlief għall-ispejjeż mediċi u relatati mat-tqala. Tipikament tkun motivata bix-xewqa li tgħin lill-oħrajn, ħafna drabi lil ħbieb jew membri tal-familja.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI