Moira Delia se tibda tkun magħna mill-iskeda l-ġdida ta’ Animal Diaries ta’ Ottubru fuq TVM!
Animal Diaries huwa programm b’diskussjonijiet differenti, intervisti u filmati esklussivi dwar l-annimali kif ukoll dwar l-ambjent naturali ta’ pajjiżna. Dan il-programm jiġi ppreżentat minn Moira Delia bi produzzjoni tagħha stess mgħejjuna minn Kevin Mercieca, il-ko-produttur tal-programm.
Animal Diaries se jibda jixxandar kull nhar ta’ Sibt bejn is-7.15pm u t-7.45pm fuq TVM mis-Sibt 2 ta’ Ottubru 2021.
Intom se ssegwuh?