Parti kbira minn ħajjet l-istudenti u l-esperjenza edukattiva tagħhom hi bbażata fuq l-għalliema.
Dawn il-professjonisti huma nies li mingħajrhom l-istudenti ma jieħdux dak li hu neċessarju biex jimxu ‘l quddiem f’ħajjithom. Xi għalliema tkellmu f’dan il-filmat u kollha kellhom l-istess idea, li l-professjoni tagħhom tfisser ħafna għalihom u meta jaraw l-istudent jimxi l quddiem u japprezza dak li jagħmlu magħhom iqanqlu fihom sens kbir ta’ sodisfazzjon.
“Il-professjoni ta’ għalliem hi waħda li ġġib differenza fl-iktar ħaġa għażiża għalina: it-tfal tagħna.”