Fuq TikTok hemm profil li kemm-il darba tista’ tgħid li jitfa’ l-għeġubijiet tad-dinja. Din id-darba ħadna lejn Saint Malo.
Ix-xena f’dan il-filmat partikolari turina l-ammont ta’ mewġ li jgħola u jiksi l-art bl-ilma. Kważi, kważi iħabbat mad-djar u l-bini li hemm. Milli jidher li din hi xi ħaġa normali għal dan il-post meta l-mewġ ikun daqstant b’saħħtu. Bosta rreaġixxew għal dan il-filmat, l-aktar dawk li qatt ma żaru dan il-post.
F’dan il-profil tista’ tara bosta meravilji oħra minn madwar id-dinja. Min jaf kemm hemm aktar x’tara u fejn tmur toqgħod tgħid! Qed tħossu xejn n-nuqqas tas-safar?
@aprilooi Saint Malo.##InkDrawing ##GraphicDesign ##foryou ##tiktoktravel