Il-mudella ċkejkna Francesca Rausi terġa’ toħroġ bl-unuri waqt il-prestazzjoni tal-London Fashion Week. Tat ġieħ lil Malta u lill-familja kollha tagħha. Ommha Michelle xerrdet filmat tal-prestazzjoni li tat Francesca ftit tal-ħin ilu.
Michelle tinsab ferħana immens u kburija b’bintha! Aktar kmieni, ommh Michelle xtaqet anke tħallilha messaġġ lil bintha għal din l-okkażjoni. “Illum hi l-ġurnata meta l-pupina tiegħi se thiddi u tagħmel lilna u lil Malta kburin, inħobbuk immens. Michelle irringrazzjat lil dawk kollha li kienu ta’ għajnuna u sostenn għal Francesca biex waslet s’hawn. Idħol HAWN biex tara l-filmat.
Brava Francesca, Brava u Brava! Ma tixba’ qatt tpaxxina bit-talent tiegħek!