Għal triq partikolari fiż-Żejtun m’hemmx għalfejn jinfetħu l-bars u jibdew il-parties biex jiċċelebraw. Grupp ta’ ġirien ingħaqdu flimkien illum biex jagħmlu festin fit-triq tagħhom stess.
Fil-filmat jidhru nies ta’ kull età, b’uħud minnhom qed jiżfnu. Ovvjament ma jkunx festin jekk mhux għad-diski jgħajtu li jinstemgħu għaddejjin.